Devi aver effettuato l'accesso per segnare gli episodi come guardati. Accedi oppure registrati.
Stagione 2
Data di messa in onda
Gen 19, 2023
Nibdew it-tieni staġun ta’ Noli billi naraw x’kien ħolom Des. Kif kienet mietet Catherine u għaliex kien kontinwament iwaħħal fih innifsu? L-iskwadra tal-pulizija ltaqgħu bħas-soltu,
.. show full overview
Nibdew it-tieni staġun ta’ Noli billi naraw x’kien ħolom Des. Kif kienet mietet Catherine u għaliex kien kontinwament iwaħħal fih innifsu? L-iskwadra tal-pulizija ltaqgħu bħas-soltu, iżda spiċċaw billi kulħadd jgħid tiegħu. May include - Violence, Sex, Discrimination, Drugs, Alcohol, Foul Language May include - Violence, Sex, Discrimination, Drugs, Alcohol, Foul Language
Data di messa in onda
Gen 26, 2023
George interrogat lil Noel, x’qalilhom dwar id-droga u għaliex dam ma fetħilomx il-bieb iżda telaq jiġri? X’qalilha dwar il-munita li l-pulizija sabu taħt is-seat tal-karozza tiegħu? Des
.. show full overview
George interrogat lil Noel, x’qalilhom dwar id-droga u għaliex dam ma fetħilomx il-bieb iżda telaq jiġri? X’qalilha dwar il-munita li l-pulizija sabu taħt is-seat tal-karozza tiegħu? Des u Henriette tkellmu dwar dak li kien ġara ... May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse May include - Violence, Sex, Discrimination, Drugs, Alcohol, Foul Language
Data di messa in onda
Feb 02, 2023
Illum niltaqgħu mal-vittma... John Mamo. John instab mejjet b’idejh miftuħin u bil-munita ta’ għaxar ċenteżmi f’idejh. Waqt intervista George talbet l-għajnuna tal-pubbliku u semmiet xi
.. show full overview
Illum niltaqgħu mal-vittma... John Mamo. John instab mejjet b’idejh miftuħin u bil-munita ta’ għaxar ċenteżmi f’idejh. Waqt intervista George talbet l-għajnuna tal-pubbliku u semmiet xi każi simili... iżda għaliex Benjamin ma ħax pjaċir? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse May include - Violence, Sex, Discrimination, Drugs, Alcohol, Foul Language
Data di messa in onda
Feb 09, 2023
Nibdew l-episodju billi naraw lil Georgia fil-kamra ta' Lion. Fl-immaġinazzjoni tagħha kienet qed tkellem lil Erika Grech... ħabbat il-bieb... kien Benjamin... għaliex irrabjat miegħu?
.. show full overview
Nibdew l-episodju billi naraw lil Georgia fil-kamra ta' Lion. Fl-immaġinazzjoni tagħha kienet qed tkellem lil Erika Grech... ħabbat il-bieb... kien Benjamin... għaliex irrabjat miegħu? Hu ħaseb li ma għadiex tafdah... għalhekk qaltlu biex jidħol fil-kamra ta' Lion. May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse
Data di messa in onda
Feb 16, 2023
Troy kien konvint li Maxine ma riditx tiltaqa’ miegħu mhux għax ma setatx. Xi ħadd ċempel lil George u wissiha fuq xi ħaġa altrimenti kien se jieħu ħsiebha hu. Sadanittant John u Maxine
.. show full overview
Troy kien konvint li Maxine ma riditx tiltaqa’ miegħu mhux għax ma setatx. Xi ħadd ċempel lil George u wissiha fuq xi ħaġa altrimenti kien se jieħu ħsiebha hu. Sadanittant John u Maxine waslu l-farmhouse l-għada li kienu marru l-oħrajn. May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse
Data di messa in onda
Feb 23, 2023
Il-mobajl ta’ Maxine instab... x’filmat kien hemm fuqu? Lorna wriethom filmat ta’ xi persuni ħerġin minn ġol-bar... lil min għarfet Monica? Il-pulizija marru d-dar tal-Prof Busuttil...
.. show full overview
Il-mobajl ta’ Maxine instab... x’filmat kien hemm fuqu? Lorna wriethom filmat ta’ xi persuni ħerġin minn ġol-bar... lil min għarfet Monica? Il-pulizija marru d-dar tal-Prof Busuttil... x’qaltilhom martu? X’alibi kellu l-professur? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse
Data di messa in onda
Mar 02, 2023
Nibdew l-episodju billi niltaqgħu ma’ Tristan u Frances... din il-koppja miżżewġa kienu jaħdmu flimkien. Des, Henriette u Benjamin tkellmu bejniethom għaliex ma għadhomx jafdaw
.. show full overview
Nibdew l-episodju billi niltaqgħu ma’ Tristan u Frances... din il-koppja miżżewġa kienu jaħdmu flimkien. Des, Henriette u Benjamin tkellmu bejniethom għaliex ma għadhomx jafdaw lill-xulxin u għalhekk xi ħadd minnhom it-tnejn kellu jiġi trasferit. Żeppi rċieva telefonata mingħand xi ħadd li qallu li kien se jgħin lil George... għaliex ma tantx għandu fiduċja fih? Fejn marret Frances? Min hu Clive u min kien qiegħed għassa tagħha? George marret tiltaqa’ ma’ Żeppi ... x’qalu dwar dak li kien qed iċemplilhom fl-anonimat? Meta marret lura d-dar George sabet tape... fuqu kien hemm leħen Lion jitlobha tiġi għalih... X’ġara?... x’marret tagħmel fil-kappella u lil min rat? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse
Data di messa in onda
Mar 09, 2023
X’logħoba qed jilgħabu Frances u Tristan? Għaliex Frances qed tiltaqa’ ma’ Clive bil-barka ta’ Tristan? X’ġaralha Georgia? Ninsabu d-dar ta’ Benjamin fejn Pia qaltlu li għandha
.. show full overview
X’logħoba qed jilgħabu Frances u Tristan? Għaliex Frances qed tiltaqa’ ma’ Clive bil-barka ta’ Tristan? X’ġaralha Georgia? Ninsabu d-dar ta’ Benjamin fejn Pia qaltlu li għandha appuntament mat-tabib... għaliex qaltlu li ma kellux għalfejn imur magħha? Clive miżżewweg lit-tabiba Greta u taħdem l-isptar. Georgia bħalissa tinsab b’umur tassew iswed... naraw min se jeħel ma’ rasha. Betsy u Carol bdew jitkellmu fuq Lorna meta daħal Zack... x’qal dwarha li belħitkom it-tnejn? Fejn hi George? X’ġara meta Frances kienet sejra tiltaqa’ ma’ Clive fil-lukanda? Xi ħadd ċempel lil Benjamin u qallu li kienu semgħu sparatura Wied il-Għajn... x’ġara meta daħlu fil-kamra?... x’sabu? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse
Data di messa in onda
Mar 17, 2023
Zack u Fiona nterrogaw lil-Tristan forsi jkollhom xi tarf ma xiex jaqbdu. Kif qed iħossu Tristan issa li spiċċa waħdu? X’qalilhom dwar ir-relazzjoni li kellu ma’ martu u man-nies barra
.. show full overview
Zack u Fiona nterrogaw lil-Tristan forsi jkollhom xi tarf ma xiex jaqbdu. Kif qed iħossu Tristan issa li spiċċa waħdu? X’qalilhom dwar ir-relazzjoni li kellu ma’ martu u man-nies barra r-relazzjoni tagħhom? U Matteo fiex daħal? Philip Lanzon mar id-depot biex jiġi nterrogat. X’ġara u Benjamin għaliex qal lil George li jaf li hi reġgħet bdiet tixrob u jaqbillha tieqaf għax inkella......? Philip qal li kien kiteb lil Clive biex jgħidlu li Frances kienet qed tittradih... kiteb ukoll lil Greta... x’ġara meta rċevew il-messaġġ? Clive irrakkonta x’kien għamel xħin irċieva l-messaġġ u għaliex irrealizza li martu kienet tassew mara bla qalb? Benjamin mar l-ispiżerij biex jixtri l-pinnoli lil Pia... x’qallu l-ispiżjar. Nergħu mmorru lura fil-lukanda fejn naraw lil Frances u lil Clive... x’intqal? F’dan l-episodju nsiru nafu min qatel lil Frances u għaliex. May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse
Data di messa in onda
Mar 30, 2023
Nibdew billi nsibu ruħna fil-kamra ta’ George u nisimgħu lil Lion fuq it-tape. Wara naraw lil Henriette ħdejn il-baħar fejn tiltaqa’ ma’ Valerie l-ħabiba ta’ Des. X’qaltilha dwar
.. show full overview
Nibdew billi nsibu ruħna fil-kamra ta’ George u nisimgħu lil Lion fuq it-tape. Wara naraw lil Henriette ħdejn il-baħar fejn tiltaqa’ ma’ Valerie l-ħabiba ta’ Des. X’qaltilha dwar il-ħajja ta’ Des u għaliex imwerwer? Wara li Henriette saret taf xi ħaġa mportanti dwar il-ħajja ta’ Des, marret tfittxu d-dar tiegħu... x’għamlet xħin fetħilha? Georgia kienet għadha fil-kamra ta’ Lion u dak ir-raġel misterjuż reġa’ ċemplilha... x’qalilha li għandha tagħmel? Malcolm irċieva messaġġ biex hu u Brenda jiltaqgħu miegħu u ma’Carmen peress li kien ilhom ma jiltaqgħu. Marru lkoll ġo bar u tassew ħadu pjaċir... iżda x’ġara? Min resaq lejhom biex ikellimhom? X’qalilhom daqshekk inkwetanti. Jane kienet qed tiġġoggja meta rat xi ħaġa li ġibditilha l-attenzjoni... x’rat? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse
Se ci sono degli episodi e dei banner mancanti (e esistono su TheTVDB) puoi richiedere un aggiornamento automatico dell'intera serie:
Richiedi aggiornamento della serie
Aggiornamento richiesto