Ilsienna
Ilħna mill-Imgħoddi | Rita l-Qarnita | Il-Kitbiet ta' Joe Camilleri | L-Editjar | Qwiel Marbuta mas-Sajf (3x37)
Show finale
Air date: Jun 07, 2021
Joe Borg se jerġa' jingħaqad magħna sabiex ikellimna dwar il-proġett Ilħna mill-Imgħoddi, id-diġitalizzazzjoni ta' tejps b'rekordings antiki t'awturi Maltin. Se nlaqqgħukom ma' Miriam Degiorgio, l-awtriċi ta' ktieb għat-tfal: Rita l-Qarnita. Mistieden ieħor huwa Joe Camilleri, kittieb Għawdxi magħruf l-aktar għan-novelli. F'rokna oħra se nħarsu lejn is-sengħa tal-editjar, flimkien ma' Clare Azzopardi u Kit Azzopardi. Se nagħtu ħarsa lill-qwiel u l-idjomi marbuta mal-istaġun tas-sajf u x-xhur tiegħu.
- Premiered: Oct 2018
- Episodes: 115
- Followers: 0