Ilsienna

Ilsienna

Min hu Bertram Portelli? | Id-Damma ta' De Soldanis | L-Għanjiet tal-Milied | Aqra Miegħi | Il-Kitba tal-Lirika (3x13)


Air date: Dec 21, 2020

Se nlaqqgħukom ma' Kelly u Joan Sciberras, li se jkellmuna dwar il-programm Aqra Miegħi / Read with Me tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Issa li ninsabu daqstant qrib il-ġurnata tal-Milied, se nagħtu ħarsa lejn l-għanjiet li nkantaw f'dan iż-żmien, grazzi lil Francesca Attard. Paul Ellul huwa poeta li bosta minn kitbietu tkantaw minn artisti bħal Ira Losco, Christabelle Borg, u Glen Vella; Paul se jiftħilna tieqa għal fuq il-proċess tal-kitba tal-lirika. Bertram Portelli huwa awtur żagħżugħ magħruf l-aktar għal kitba tan-narrattiva, u se niltaqgħu miegħu fir-rokna tal-letteretura. L-aħħar mistieden huwa Dr Olvin Vella, li se jkellimna dwar id-Damma ta' Francesco Agius de Soldanis.

  • Rank #
  • Premiered: Oct 2018
  • Episodes: 115
  • Followers: 0
  • Ended
  • TVM
  • Saturday at 10