Ilsienna
It-Taħnin | John Portelli: Bejn Malta u l-Kanada | Dawk l-Imberkin Mudelli! | Il-Klassi fid-Dinja Diġitali | Il-Qari għall-Kbar (2x36)
Air date: Jun 09, 2020
Se nlaqqgħukom ma' John Portelli, kittieb Malti li jgħix il-Kanada. John huwa l-awtur ta' diversi poeżiji, novelli, u rumanzi, u ta' kotba oħra akkademiċi. It-trabi kemm-il darba ma jkunu jridu jorqdu b'xejn! Yanika Schembri Fava se tkellimna dwar it-tradizzjoni antika tat-taħnin, jiġifieri l-għana maħsub sabiex iraqqad lit-trabi. Se nwasslulkom tliet siltiet minn kotba għall-kbar, miktubin minn awturi differenti: Clare Azzopardi, John Portelli u Mark Camilleri. Se nerġgħu nxandru rokna dwar l-għajnuniet diġitali fil-klassi.
- Premiered: Oct 2018
- Episodes: 115
- Followers: 0