Ilsienna
Il-Malti u t-Traduzzjoni (1x9)
Air date: Nov 26, 2018
Mark Vella: "Ilsienna qed isir aktar rikk minħabba li qed jittraduċi aktar kontenut u qed jaffronta aktar suġġetti ġodda." Mark Vella huwa Uffiċjal tal-Lingwi mal-Kummissjoni Ewropea - Ir-Rappreżentanza. Il-Prof. Eynaud: "L-isfida tal-interpretu hi li kuljum se jbiddel ix-xenarju tiegħu." Il-Prof. Joseph Eynaud dwar id-differenzi bejn l-interpretar u t-traduzzjoni. Il-Prof. Eynaud huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, Terminoloġija u Interpretar. Il-Prof. Joseph Eynaud jitkellem dwar is-sottotitli għat-teleserje Strada Stretta u l-persuni neqsin mis-smigħ. It-traduttriċi Doriana Vella se tkellimna dwar l-opportunitajiet ta' xogħol li wieħed jista' jsib permezz tat-traduzzjoni, kemm barra kif ukoll f'pajjiżna stess.
- Premiered: Oct 2018
- Episodes: 115
- Followers: 0