L-Għarusa

L-Għarusa

L-Għomja (2x17)


Data de estreia: Fev 18, 2020

Amelia qed titkellem ma kuġinta Bettina u tgħidila li tixtieq joħorgu ftit u jagħmlu xi ħaġa. Issa li telqu Enrico u Carlotta spiċċatilom il-vaganza u m’għadomx igawdu bħal meta kienu hemm huma għaliex Arturo ma jħalihomx. Qabel tgħid kienu forsi joħorgu bi skuża ta’ Enrico u Carlotta. Diego jirritorna iċ-ċirku biex jiprova jiskopri iktar fuq il-passat tiegħu iżda joħroġ min hemm diżżapuntat għax ma sabx dak li xtaq. Bert qed jieħu pjaċir li Enrico telaq mid-dar Gauci Fontana. Flaminia tinsab bi dwejjaq kbar b’dak li ġrala u jista’ jkun il-każ li ħadd ma jkun jista’ jgħina. Is-suprettendent Fenech Lauri jmur jistaqsi lil Arturo fuq Abela peress li għadu ma nstabx, iżda Arturo jidher mfixkel meta jkun qed jitkellem u s-suprettendent jidher li qed jissuspetta xi ħaġa. Tgħid x’qed jaħbi Arturo?

  • Classificação #
  • Estreia: Out 2018
  • Episódios: 48
  • Seguidores: 0
  • Acabou
  • TVM
  • Terça-Feira às 21