Ilsienna

Ilsienna

Il-Poeżiji ta' Lillian Sciberras | Il-Bilingwiżmu fil-Pubbliku | Is-Sengħa tal-Majjistra | Ninqeda bil-Malti | Il-Madonna taċ-Ċoqqa (3x18)


Data emisji: Sty 25, 2021

Se niltaqgħu ma' Albert Marshall fl-irwol ta' direttur, billi se jkellimna dwar il-produzzjoni 'Il-Madonna taċ-Ċoqqa.' Se nlaqqgħukom ukoll ma' Anna Vassallo, edukatriċi li se tkellimna dwar l-app 'Ninqeda bil-Malti.' L-infermiera u riċerkatriċi Janice Caruana se tkellimna dwar is-sengħa tal-majjistra, magħrufa wkoll bħala qabla, u dwar it-terminoloġija marbuta ma' dan ix-xogħol. Immanuel Mifsud se jingħaqad magħna sabiex ikellimna dwar il-poeżiji ta' Lillian Sciberras, magħrufa wkoll għall-proża tagħha u għall-ħidma fl-arkivjar. L-aħħar mistieden huwa Thomas Pace, id-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. F'din ir-rokna, Thomas jitkellem magħna dwar il-ħtieġa tal-bilingwiżmu fil-pubbliku.

  • Pozycja #
  • Premiera: Paź 2018
  • Odcinki: 115
  • Obserwujący: 0
  • Zakończony
  • TVM
  • Sobota w 10