Ilsienna

Ilsienna

Min hu Stephen Lughermo? | L-Element Taljan fil-Malti | Id-Djalett Imġarri | Il-Ħobż Malti | Il-Kitba Kreattiva: Elementi Ewlenin fi Storja (3x33)


Uitzenddatum: Mei 10, 2021

Se nwasslulkom rokna oħra dwar il-kitba kreattiva, din id-darba dwar l-elementi ewlenin fi storja. Kemm hawn minnkom li jħobbu jiktbu l-istejjer, għalihom infushom, għall-ħbieb, jew għall-pubbliku? Se niltaqgħu mar-riċerkatriċi żagħżugħa Yasmin Camilleri, li se taqsam magħna xi tagħrif dwar id-djalett Imġarri. Il-Prof. Joseph Brincat huwa wieħed mill-mistiedna l-ġodda għal din is-sena; fir-rokna dwar l-istorja, huwa se jaqsam magħna xi ħsibijiet dwar l-influwenza tat-Taljan fuq ilsienna! Il-pubblikatur Joseph Mizzi se jkellimna fuq ktieb ġdid dwar il-ħobż Malti u dwar l-importanza tal-kitba fattwali bi lsienna għall-ġenerazzjonijiet iż-żgħar. L-aħħar mistieden huwa Stephen Lughermo, li din id-darba se jkellimna dwar il-kotba għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10