Ilsienna

Ilsienna

Nita, Niki, u Vjolita | Karnival ta' Francis Ebejer | It-Traduzzjoni | Mary Caruana u Ondina Tayar | Pawlu Mizzi - Kittieb ta' Tifkiriet (3x25)


Uitzenddatum: Mrt 15, 2021

Se nerġgħu niltaqgħu ma' Jesmond Sharples, din id-darba sabiex jaqsam magħna r-riċerka tiegħu dwar Mary Caruana u Ondina Tayar, żewġ kittieba bikrin tal-Malti. Simone Inguanez hija awtriċi li se tkellimna dwar it-traduzzjoni, kemm bħala traduttriċi kif ukoll bħala poetessa li ġiet tradotta għal ilsna oħra! Joseph Mizzi ltaqa' magħna sabiex jgħaddilna xi punti dwar l-aħħar ktieb tal-papà tiegħu, Pawlu Mizzi. Fl-aħħar ktieb ta' Pawlu nsibu bosta tifkiriet dwar karattri Għawdxin miktuba b'laqta Għawdxija. Mistiedna oħra hija l-awtriċi Natasha Turner, li tikteb qatigħ għat-tfal. F'dan l-episodju se tkellimna dwar il-ktieb 'Nita, Nikita u Vjolita.' Għada se nwasslulkom rokna oħra dwar ix-xogħlijiet ta' Francis Ebejer, din id-darba dwar id-dramm 'Karnival.' Għal din l-intervista tkellimna ma' Marco Galea.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10