Ilsienna

Ilsienna

Il-Kitba tal-Lirika | Anton Buttigieg | Il-Malti f'Gazzetti Antiki | In-Namur u l-Għerusija | Is-Sillabu taċ-ĊES (3x19)


Uitzenddatum: Feb 01, 2021

Fost il-mistiedna se jkollna lil Arnold Cassola u lil Mark Vella, żewġ riċerkaturi li se jkellmuna dwar il-gazzetti tal-bidu u l-irwol tagħhom fl-iżvilupp tal-idjoma politika u letterarja. Billi San Valentinu qiegħed joqrob ġmielu, se nwasslulkom tagħrif dwar in-namur u l-għerusija fl-imgħoddi tagħna, grazzi lil Yanika Schembri Fava. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Carlston Grima, uffiċjal edukattiv tal-Malti li se jkellimna dwar is-sillabu l-ġdid tal-Malti. Wayne Farrugia se jkellimna dwar il-kitba tal-lirika. Fost l-oħrajn, Wayne kiteb għal Bernie and Pod u X-Tend. L-aħħar mistieden huwa John Buttigieg, bin Anton Buttigieg; John se jaqsam magħna xi ħsibijiet dwar missieru bħala kittieb.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10