Ilsienna

Ilsienna

Il-Kitba Kreattiva: It-Tonijiet | Karmenu Vassallo | Ix-Xandir bil-Malti | It-Tqabbil tat-Tfal | Toni tat-Tritoni (3x9)


Uitzenddatum: Nov 23, 2020

Din is-sena qed niddedikaw xi rokniet lis-sengħa tal-kitba kreattiva ... fir-rokna li jmiss se nħarsu lejn tonijiet differenti u t-tħaddim tajjeb tat-ton bħala mezzi li bihom nagħtu l-ħajja lil kitbietna. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Stephen Lughermo, awtur li jikteb għal firxa wiesgħa ta' etajiet. Fl-ewwel rokna li se nxandru miegħu, Stephen jitkellem dwar 'Toni tat-Tritoni,' ktieb ħelu ħelu għall-etajiet iż-żgħar. Keith Demicoli se jingħaqad magħna sabiex jiddiskuti xi aspetti ta' xogħlu relatati mal-lingwa nazzjonali tagħna. Ir-riċerkatriċi żagħżugħa Rebecca Vella ltaqgħet magħna sabiex tgħaddilna tagħrif interessantissimu dwar it-taqbil tat-tfal. Il-poeta Karmenu Vassallo huwa l-aħħar suġġett li qed inħabbru. Il-Prof. Bernard Micallef se jaqsam xi ħsibijiet dwar Vassallo, filwaqt li Noel Tanti se jaqralna xi poeżiji minn tiegħu.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10