Ilsienna

Ilsienna

Tajra jew Manuċċa? Id-Djalett Żejtuni | X'inhi Ħrafa? | Bil-Ħila Tagħkom | It-Teatru u ż-Żfin | Alfred Sant - Il-Kittieb (2x32)


Uitzenddatum: Mei 12, 2020

Anton Falzon huwa assistent kap li fir-rokna dwar l-edukazzjoni se jkellimna dwar ktieb diġitali interattiv. Kulma jmur, qed naraw aktar produzzjonijiet bil-Malti li jżewġu t-teatru maż-żfin. It-tim tagħna tkellem ma' Sean Buhagiar, id-direttur artistiku ta' Teatru Malta, sabiex jistħarreġ aħjar dan il-fenomenu. Se nerġgħu niltaqgħu ma' Jolene Spiteri Colombo sabiex insiru nafu ħrejjef missirijietna aħjar! Rumanzi, novelli, drammi. Dawn huma l-ġeneri li l-awtur Alfred Sant hu magħruf għalihom. It-tim tagħna tkellem ma' Sant dwar il-lingwa, il-kitba kreattiva, u l-isfidi li din toffrilu. X'jagħżel lid-djalett Żejtuni minn djaletti oħrajn? It-tim tagħna ltaqa' ma' Ruben Farrugia u Emanuel Psaila sabiex insiru nafu dad-djalett aħjar.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10