Ilsienna

Ilsienna

Il-Moviment Qawmien Letterarju | Id-Dizzjunarju Elettroniku Online | Id-Dinja ta' Taħt | Inħaddem il-Malti Tajjeb | Min kien Mikiel Anġ Borġ? (2x23)


Uitzenddatum: Mrt 10, 2020

Jgħidu li taħtna hemm dinj'oħra, fejn fost l-oħrajn tgħammar il-belliegħa. Tkellimna ma' Stephan D. Mifsud dwar id-dinja ta' taħt u dwar l-abitanti tagħha. Qatt smajtu b'Buġibda u b'Bufies? Se ssiru tafu aktar dwar dawn iż-żewġ postijiet misterjużi. Dr Marco Galea se jkellimna dwar Mikelanġ Borg, li ħadem sabiex il-kumpanija teatrali L'Indipendenza timxi minn tlugħ ta' produzzjonijiet b'udjenza ta' ftit għexieren, għal produzzjonijiet ġewwa t-Teatru Manoel u t-Teatru Rjal (Pjazza Teatru Rjal). Nerġgħu niltaqgħu ma' Karl Scicluna, għalliem u qarrej tal-provi, din id-darba sabiex ikellimna dwar il-pubblikazzjoni 'Inħaddem il-Malti Tajjeb.' L-għalliema u bosta studenti żgur jafu għal liema pubblikazzjoni qed nirreferu! Victor Fenech, wieħed mill-poeti l-aktar magħrufa tal-ġenerazzjoni tiegħu, se jgħaddilna xi tagħrif dwar il-Moviment Qawmien Letterarju kif ġarrbu hu. Se jkollna rokna speċjali dwar kif tuża d-dizzjunarju Malti li nsibu fuq l-internet!

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10