Ilsienna

Ilsienna

Il-Pepè | Iċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu | Il-Malti u l-Jazz | Il-Kitba għaż-Żgħażagħ | Kliem ta' Nisel Ingliż jew Taljan (2x11)


Uitzenddatum: Dec 10, 2019

X'tinvolvi l-kitba għaż-żgħażagħ? Xi sfidi, u x'sodisfazzjon, toffri lill-awturi li jidħlulha? Antoinette Borg se tmiss ma' dawn il-mistoqsijiet! Se nħarsu lejn il-Malti u l-jazz, speċjalment lejn l-adattament ta' poeżiji romantiċi (u wħud li mhumiex) għan-noti. Il-mistieden tagħna se jkun Dominic Galea. Il-pepè huwa waħda mir-realtajiet fit-tradizzjoni mitkellma tagħna li qajla nitkellmu dwarha minn perspettiva serja. Għaldaqstant, ġbarna l-kameras tagħna u żorna lill-Prof. Albert Borg, sabiex nagħtu ħarsa lejn din ir-realtà minn lenti lingwistika. Minbarra r-realtà tal-pepè, se nħarsu wkoll lejn kliem ta' nisel Ingliż u Taljan, u lejn kif dan qagħad għal Ilsienna. Ħajr lil Olvin Vella. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għandha ċentri tar-riżorsi għall-edukaturi. It-tim tagħna tkellem ma' Mark Camilleri dwar dawn iċ-ċentri.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10