Ilsienna

Ilsienna

Kif Tissettja Ktieb? | X'inhuma d-Deċiżjonijiet 1? | It-Temp fil-Qwiel u l-Idjomi | Riżorsi għas-Snin Bikrin | Il-Paġni Letterarji tal-Ġurnali (2x3)


Uitzenddatum: Okt 15, 2019

Omar Seguna, editur ta' paġna letterarja, se jitkellem dwar l-importanza kulturali tal-paġni letterarji tal-gazzetti. Għal darb'oħra, Yanika Schembri Fava u l-Prof. Manwel Mifsud se jkunu fost il-mistiedna tagħna, din id-darba sabiex jagħtuna dewqa ta' xi qwiel u idjomi marbuta mat-temp. Marianne Schembri hija edukatriċi li taħdem fis-snin bikrin. Hija se tkellimna dwar bosta riżorsi li fasslet u li tuża mal-istudenti tagħha, bħal-leħħiet u l-kotba l-kbar. Waħda mir-rokniet qed tinġieb lilkom minn ġo dar tal-pubblikazzjoni. Pierre Portelli, il-mistieden tagħna għal din ir-rokna, se jagħtina ħjiel tax-xogħol li jsir minn wara l-kwinti. L-aħħar żewġ mistiedna huma Dr George Farrugia u Thomas Pace, li se jidħlu fid-dettall dwar l-ewwel sett ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Dan il-filmat huwa l-ewwel wieħed minn tlieta li jkopru l-aġġornamenti meħtieġa fir-regoli tal-ortografija.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10