Ilsienna

Ilsienna

Il-Lingwa tal-Futbol | X'inhuma l-Idjomi? | L-Ambaxxaturi tal-Qari | L-Ewwel Drammi bil-Malti | Il-Futbol għat-Tfal (2x2)


Uitzenddatum: Okt 08, 2019

Keith Demicoli jinża' ż-żarbun ta' ġurnalist u jilbes dak ta' ambaxxatur tal-qari, billi se jkellimna dwar l-esperjenza tiegħu bħala promotur tal-qari flimkien ma' L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Dawk minnkom li huma midħla tal-ġurnaliżmu sportiv għandhom imnejn li lil Keith Attard diġà jafuh, billi Keith kiteb teżi (eventwalment ippubblikata f'dizzjunarju) dwar it-termini użati fid-dinja tal-futbol. Keith Attard huwa l-awtur ta' Ballun Pinġut, issa fit-tieni edizzjoni tiegħu. Keith se jkellimna dwar it-terminoloġija speċjalizzata użata fid-dinja tal-isports. Niltaqgħu wkoll ma' Yanika Schembri Fava u l-Prof. Manwel Mifsud, li se jagħtuna tagħrif interessanti u mżewwaq b'eżempji dwar l-idjomi ta' lsienna. Mark Camilleri se jkellimna dwar l-esperjenza tiegħu huwa u jikteb l-istorja tal-futbol Malti għal udjenzi żgħar. Minbarra l-futbol, il-qari, u l-idjomi, se mmissu wkoll mad-dinja tat-teatru, b'intervista ma' Marco Galea dwar l-ewwel drammi bi lsienna.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10