Ilsienna

Ilsienna

Il-Kittieba Għawdxin (1x35)


Uitzenddatum: Mei 27, 2019

Il-gżira oħt tat kontribut kbir fl-iżvilupp ta’ lsienna, fost l-oħrajn grazzi għal kittieba u riċerkaturi bħal Ġan Franġisk Agius de Soldanis, Ġorġ Pisani, Mary Meilak, u Anton Buttigieg, li qeda wkoll fl-irwol ta’ President. Se nħarsu lejn il-kontribut li kittieba Għawdxin taw lill-Malti. Se nlaqqgħukom ma' xi kittieba Għawdxin. Fost il-mistiedna se jkollna lill-Kavallier Joe M. Cassar. Anabelle Portelli hija kittieba żagħżugħa mill-gżira oħt; hi wkoll iltaqgħet magħna sabiex tiddiskuti s-sengħa tal-kitba. Charles Daniel Saliba huwa wiċċ familjari fost il-kittieba u l-edukaturi tal-Malti f'pajjiżna. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' miegħu sabiex jiddiskuti aspetti tal-kitba mill-gżira oħra. Elena Cardona hija kittieba żagħżugħa u l-kordinaturiċi ta' Inizjamed għal Għawdex. Iltqajna u tkellimna ma' Elena dwar kitbietha u dwar x'attivitajiet letterarji jittellgħu fil-gżira oħt. L-aħħar mistieden huwa Charles Bezzina, magħruf l-aktar għall-poeżiji tiegħu b'rabta mal-metafora tal-baħar.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10