Ilsienna

Ilsienna

Il-Gazzetti bil-Malti (1x16)


Uitzenddatum: Jan 14, 2019

Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn l-istorja tal-gazzetti u kif dawn ikkontribwew għall-istandardizzazzjoni tal-kitba bil-Malti u l-iżvilupp ta' idjoma letterarja. Magħna se jkollna lil Jessica Micallef, eks student tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta li rriċerkat il-gazzetti tas-snin bikrin. Il-Prof. Arnold Cassola għomru u żmienu jirriċerka l-gazzetti, speċjalment fid-dawl tar-rabtiet tagħna mal-Italja, u għaldaqstant ma jistax jonqos il-kontribut tiegħu fl-episodju li jmiss! Il-Prof. Oliver Friggieri huwa awtorità fuq għadd ta' kittieba Maltin li l-ewwel ma bdew jippubblikaw kien fil-gazzetti lokali. Friggieri se jkun qed jaqsam magħna l-osservazzjonijiet tiegħu fuq dan is-suġġett. Dianne Giordmaina hija librara u riċerkatriċi li riċentament temmet id-Diploma fil-Letteratura Maltija fl-Università ta' Malta. Fost l-oħrajn, hija rriċerkat liz-Zija Rużann, li kienet fuq quddiem nett fil-kitba għat-tfal fil-gazzetti.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10