Ilsienna

Ilsienna

Il-Malti bħala Għodda ta' Inklużjoni (1) (1x10)


Uitzenddatum: Dec 03, 2018

Fl-episodju li jmiss se nistħarrġu kif il-lingwa tista' tkun għodda ta' poter li tikkontribwixxi għal aktar koeżjoni fis-soċjetà. Fost l-oħrajn, tkellimna mal-kittieb u l-attivist Adrian Grima. Walid Nabhan huwa kittieb Malti-Palestinjan li għamlilna isem mal-Ewropa u lil hinn, billi rebaħ il-Premju Letterarju Ewropew u din il-ġimgħa stess kien mistieden il-Ġappun. Fost l-oħrajn, Walid jitkellem fuq kif il-lingwa tista' tintuża sabiex issikket, jew tagħti vuċi, lill-minoranzi. Tyrone Grima, kittieb u fundatur ta' Drachma Malta, jitkellem magħna dwar kif il-lingwa tista' teskludi, jew tinkludi, persuni ta' sessi jew orjentazzjoni differenti. Yana Psaila, kittieba u poetessa Russa-Maltija, titkellem mat-tim ta' Ilsienna dwar kif il-lingwa għenitha tintegra aħjar fis-soċjetà Maltija.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10