Ilsienna

Ilsienna

Il-Qari fil-Pubbliku (1x4)


Uitzenddatum: Okt 22, 2018

Fl-episodju li jmiss niltaqgħu ma' Gorg Peresso, wieħed mill-aktar vuċijiet magħrufa f'pajjiżna; huwa se jkun qed jiddiskuti l-qari fil-pubbliku fuq ir-radju. Glen Calleja se jiffoka fuq il-qari fil-pubbliku. Glen huwa kittieb, legatur, u jmexxi kors fl-Università ta' Malta propju fuq dan is-suġġett. Vince Fabri, il-konfundatur u kordinatur ta' Poeżijaplus, se jgħaddilna ftit tagħrif dwar l-open mics li jieħu ħsieb jorganizza. Jean Paul Borg huwa kittieb emerġenti u huwa wkoll se jkun qed jaqsam magħna xi esperjenzi marbuta mal-palk ħieles. L-aħħar mistiedna għall-programm t'għada hija Leanne Ellul li, minbarra li hija kittieba brava, hija wkoll l-amministratriċi ta' Inizjamed. Hi wkoll se tkellimna dwar il-palk ħieles. Jean Paul Borg jaqra poeżija ta' Tamim Al-Barghouti, tradotta għall-Malti minnu stess.

  • Plaats #
  • in première gegaan: Okt 2018
  • Afleveringen: 115
  • Volgers: 0
  • Afgelopen
  • TVM
  • Zaterdag op 10