Ilsienna
L-Isqalli u l-Malti | Mary Meylak | Il-Mitoloġija Griega għat-Tfal | L-Istorja tat-Traduzzjoni | Ġużè Muscat Azzopardi (3x34)
Fecha de emisión: May 17, 2021
Il-Prof. Joseph Brincat se jerġa' jingħaqad magħna, din id-darba sabiex ikellimna speċifikament dwar l-influwenza tal-Isqalli fuq il-Malti. Immanuel Mifsud se jkellimna dwar il-poetessa Mary Meylak – Ġganta tal-poeżija Maltija li qajla tiġi rikonoxxuta biżżejjed għall-kontribut kbir tagħha. Se nlaqqgħukom ma' Saviour Pirotta, awtur Malti li jikteb bl-Ingliż ġewwa l-Ingilterra u li l-kotba tiegħu ġew addattati għal ilsienna minn Karm Serracino. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Mark Vella, din id-darba sabiex jgħaddilna xi tagħrif dwar Ġużè Muscat Azzopardi, magħruf ukoll bħala Missier il-Letteratura Maltija. Ivan Said isemmi testi reliġjużi li ġew tradotti għal ilsienna bħala eżempji mill-istorja tat-traduzzjoni għall-Malti.
- Estrenada: Oct 2018
- Episodios: 115
- Seguidores: 0
- Finalizado
- TVM
- Sábado a las 10